Kazin Banda San Nikola Siggiewi A.D. 1883

125 Sena Anniversarju 1883-2008

Ic-celebrazzjonijiet tal-125 Sena Anniversarju mit-twaqqif tal-Kazin Banda San Nikola ghadda. Diversi preparamenti u attivijiet saru fis-sede tal-Kazin biex jhallu timbru fl-istorja ta' din is-socjeta.

Il-Kumitat haseb biex jadatta emblema ghal dawn ic-celebrazzjonijiet u fost dawk esebiti intghazlet dik bid-disinn tas-sur David Vassallo.

Kopja ta' l-emblema li qed tintuza ghal attivitajiet relatati mac-celebrazzjonijiet tal-125 Sena Anniversarju.

Oratorio

Il-preparamenti li ilhom ghaddejin ix-xhur wasslu biex jaghtu il-frott taghhom. Nhar it-2 ta' Dicembru, 2007 fil-Knisja Arcipretali tas-Siggiewi ittella' l-Oratorio bl-isem 'Jien Nikola Protettur Taghkom' muzika tas-Surmast Direttur Raymond Zammit u kliem ta' Dun Nikola Aquilina. Bicca xoghol t'arti li giet regalata lil Kazin Banda San Nikola u milqughha b'apprezzament kbir. Il-Banda San Nikola esegwixxiet b'hila kbira siltiet muzikali flimkien mal-Kor 'Santa Cecilia' immexxi minn Mro. Herman Farrugia Frantz. Il-partecipazzjoni tat-Tenur Joseph Aquilina u l-Baritonu Alfred Camilleri kompliet izzewwaq dan l-Oratorio.

Ma setax jonqos li ghal din l-attivita tant mistennija ghar-rahal tas-Siggiewi u aktar ghal-Kazin Banda San Nikola, nies distinti kienu prezenti u jonorawna flimkien mal-ET l-Arcisqof Emeritus Guzeppi Mercieca.

Il-Kumitat jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li attendew bi hgarhom ghal dan l-Oratorio biex din l-okkazjoni kienet success u ser tibqa ittimbrata fl-istorja tas-socjeta.

Hawn ghandkom issibu silta mit-Tmiem tal-Oratorio - Nikola fis-Sebh tas-Sema jitlob ghalina Devoti Tieghu.

Mertu Siggiewi 2008

Nhar il-Hadd 27 t'April, 2008 fis-Sala tal-Iskola Primarja tas-Siggiewi, is-Sindku, il-Perit Robert Musumeci onora lill-Kazin Banda San Nikola bl-onoreficcjenza 'Mertu Siggiewi' ghal-hidma li ilha titwettaq fir-rahal taghna tul dawn il-125 sena, li jghamilha wkoll l-aktar ghaqda antika gewwa s-Siggiewi. Il-Kumitat jixtieq jifrah wkoll lil onoreficcjajri l-ohra li hadu dan il-mertu flimkien mal-Kazin Banda San Nikola filwaqt jirringrazzja lil dawk kollha li proponew lis-Socjeta biex jkun misthoqqha dan il-Mertu.

GRAZZI

Wirja 125 Sena ta' Storja

Is-Sezzjoni Zghazagh Kazin Banda San Nikola tellghat wirja fis-sala tal-kazin fl-okkazjoni tac-celebrazzjonijiet tal-125 sena anniversarju. Din il-wirja kienet tinkludi diversi ritratti ta' episodji u attivitajiet li sehhew fl-istorja tas-Socjeta. Ghalkemm il-wirja tiffoka fuq is-sehem tal-Banda San Nikola matul is-snin, johrog wkoll l-element ta' evoluzzjoni fil-kazin u dan jidher mis-sezzjonijiet varji u l-attivitajiet taghhom. Din il-wirja giet miftughha ufficjalment mill-President tal-Kazin in-Nutar Philip Said u mbierka mill-Arcipriet Dun Albert Buhagiar.

Progett 125

L-Anniversarju tal-125 Sena huwa ferm importanti ghal-Kazin Banda San Nikola. Diversi attivitajiet qedghin jsiru biex jigi mfakkar dan l-anniversarju b'mod li ta' warajna jibqaw jiftakruh kif ma nistawx ninsew ic-celebrazzjonijiet kbar li kienu saru fic-Centinarju, 25 sena ilu. Il-Kumitat hass il-htiega li jfakkar dan l-anniversarju billi nieda progett iehor li jinvolvi 'refurbishment' tal-bottegin tal-kazin fejn il-membri tal-istess socjeta jirrikrejaw rwiehhom u jsir basement taht parti mil-bottegin. Progett ambizzjuz li ghadda unanimament bi qbil fis-Seduta Straordinarja ta' nhar it-tnejn 9 ta' Gunju, 2008 li gie deciz li l-preparamenti tieghu jibdew wara l-Festa ta' San Nikola tas-Sajf biex b'hekk il-progett jinbeda fis-sena tac-Celebrazzjonijiet tal-125 sena anniversarju, u kif inhu xieraq dan il-progett inghata l-isem Progett 125. Fl-istess Seduta nhatret il-Kummisjoni Progett 125 biex tikkordina il-progett.

Kull min jixtieq li b'xi mod jghin lill-kummissjoni fit-twettieq tal-progett huwa mitlub jikkuntatjana fuq dawn li gejjin:

David Farrugia - 79266522

Lindsay Bonello - 79053522

Keith Desira - 79708942

Il-progett se jinvolvi spejjez kbar ghalhekk nappellaw lil dawk id-dilettanti tal-festa, membri, partitarji u ammiraturi tal-Kazin Banda San Nikola biex jkunu parti minn dan il-progett billi jaghtu l-kontribuzzjonijiet taghhom kif ghamlu diga hafna li nteressaw rwiehhom biex il-kazin jkun aktar post addattat ghal zmenijiet tal-lum.

Fi ftit tal-jiem ohra il-kummissjoni se thabbar skemi ta' cedoli u donazzjonijiet biex tibda tittaffa ftit mil-ispiza li hi stmata li gejja madwar 115,000 Euro. Parti mill-ispiza se tkun koperta mill-barmen prezenti li bi ftehim maghhom se tinghata garanzija li jokkupaw il-bottegin ghal certu snin. Madankollu il-parti l-ohra se tkun mahrugha mill-kazin. B'din is-somma se jkun possibli li:

a) l-bottegin jkun modernizzat u armat sa l-icken dettal;

b) jsir 'basement' taht parti mill-bottegin ghal uzu tal-kazin u tal-barmen;

c) jinbidlu l-kmamar tal-banju kollha;

d) issir kamra fis-sala tar-riceviment biex tintuza ghal hzien tal-affarijiet li jinkludu muzika, uniformijiet, strumenti u siggijiet;

e) titkabbar is-sala tal-kuncerti.

Il-Kummissjoni se tibqa' taggorna fuq il-progett u kull min jixtieq jaghti xi suggeriment jekk jghogbu jikkuntatjana fuq in-numri t'hawn fuq jew fuq il-pagna 'kuntatt' ta' dan is-sit.

 

Grazzi 

Kummissjoni Progett 125 - Novembru, 2008

Create a free website at Webs.com