Kazin Banda San Nikola Siggiewi A.D. 1883

Is-Sultan u l-Kaptan - Kummiedja mtella' mill-Kazin Banda San Nikola

Is-Sultan u l-Kaptan ser tkun it-tielet Kummiedja mtella' miz-zghazagh fi hdan

il-Kazin Banda San Nikola. Din il-kummiedja qedghha issir b'risq il-Progett 125 

biex jittaffew xi ftit mill-ispejjez. Ghal-ewwel darba morna fl-iskola primarja

tas-Siggiewi biex intellw din il-kummiedja, ghaldaqstant qedghin inheggu

lil kulhadd biex jattendi peress li ser tkun serata divertenti. Narawkhom!

Serata Siggiwija 2009

Ghal darba ohra is-Sezzjoni Zghazagh ser torganizza Serata Siggiwija fil-pjazza tas-Siggiewi nhar il-Gimgha 19 ta' Gunju, 2009 mis-7.30p.m. il-quddiem. Ser ikun hemm talent lokali flimkien ma mistiedna specjali Augusto Cardinale u Fabrizio Faniello. Ghal kull min jixtieq jirriserva mejda b'xejn ghandu jikkuntatja lil Bjorn -79328436 jew Brandon - 99016871 biex jilhaq post. Ikel varjat u xorb jkun provdut waqt is-serata.

Kulhadd Mistieden biex nibdew il-Festa 2009 flimkien! 

Il-Mixeghla tas-Salib tal-Gholja mill-Gdid bil-Fjakkoli

Is-Sezzjoni Zghazagh Kazin Banda San Nikola A.D. 1997 bil-Kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Siggiewi ser jixeghlu mill-gdid l-gholja tas-salib (Laferla Cross) bil-Fjakkoli wara assenza ta' sentejn. Is-Sezzjoni theggeg lil kulhadd biex jkun parti mill-atmosfera unika li jaf joffri dan il-post.

Festa San Nikola tax-Xitwa 2008

Il-Kazin Banda San Nikola se tesegwixxi marc u programm nhar is-Sibt 6 ta' Dicembru, 2008 fl-okkazjoni tal-Festa ta' San Nikola tax-Xitwa u taghlaq ic-celebrazzjonijiet tal-125 sena Kazin Banda San Nikola fil-pjazza.

Se tinholoq atmosfera ta' festa f'din il-gurnata billi tizzejjen il-Pjazza, se ssir fiera fil-pjazza, se jkun hemm ikel u xorb, loghob ghat-tfal waqt li tkun qedgha ddoq il-banda. Fil-pjazza wkoll se jkunu esebiti xi ritratti mehudin minn okkazjonijiet varji tul dawn il-125 sena u xi nformazzjoni dwar il-fundatur tal-Kazin, il-Professur Dr. Nikola Zammit u fuq il-Progett 125.

 

Kulhadd huwa mistieden biex noholqu atmosfera kif jixraq fl-okkazjoni tal-festa tal-Patrun taghna San Nikola.

 

Marc mill-Banda San Nikola

Il-Banda San Nikola ser tesegwixxi marc nhar il-Hamis 21 t' Awwissu, 2008 fl-okkazzjoni tal-Festa ta' Stella Maris, Sliema. Il-marc se jibda jdur fit-toroq tas-Sliema fit-8.00 p.m.

Progett 125

Nhar it-Tnejn, 9 ta' Gunju, 2008 waqt Seduta Straordinarja gie mniedi il-Progett 125 li jinvolvi ir-'refurbishment tal-bottegin tal-kazin u jsir 'basement' taht parti mill-bottegin.

Aktar dettalji jinsabu f'pagna 125 Sena Anniversarju

Serata ta' Ghana Folkloristika

Is-Sezzjoni Zghazagh Kazin Banda San Nikola, qed torganizza Serata t' Ghana Folkloristika bhala parti mill-attivitajiet li qed jittellaw fl-okkazjoni tal-125 Sena Anniversarju tal-Kazin Banda San Nikola. Is-serata ser titella' fil-Pjazza tas-Siggiewi nhar is-Sibt 14 ta' Gunju, 2008 mit-8.00 p.m. 'il Quddiem. Ser jkun hemm mwejjed u siggijiet u min irid jista jirriserva post biex ma johrogx disappuntat. Kulhadd huwa mistieden. 

St. Nicholas Band Club Football Team Champions

It-Team tal-Futbol li laghab f'isem il-Kazin Banda San Nikola hareg rebbieh fil-finali kontra it-team mil-Kalkara bir-rizultat ta' 6-1 fil-5-a-side Football Tournament, Band Club Challenge 2008, organizzat fl-iskola Primarja l-Antika ta' Hal Kirkop.

Proset u Grazzi lil dawn iz-Zghazagh li ghamlu unur lil Kazin u lis-Siggiewi

Grazzi u Proset lill-partitarji kollha li attendew bi hgarhom ghal-Finali

(Ara il-video clip fil-pagna Videos u halli kumment fil-guestbook. Grazzi)

HELIUM PARTY

Is-Sezzjoni Zghazagh tkompli b'Edizzjoni ohra mis-sensiela tal-Helium Parties fil-Bar tal-Kazin Banda San Nikola fl-okkazzjoni tal-125 sena Anniversarju mit-twaqqif tal-Kazin Banda San Nikola. Iz-Zghazagh kollha huma mistiedna. Dhul b'Xejn!!!

CAR SHOW 2008

Party Tal-Milied Ghat-Tfal

60s 70s 80s & Country Night

Is-Sezzjoni Zghazagh fi hdan il-Kazin Banda San Nikola ser torganizza 60s 70s 80s & Country Night fl-Alendra Hotel, San Giljan nhar il-Gimgha 7 ta' Dicembru, 2007 fit-7.30p.m. Mistieden Specjali ser jkun John Muscat il-Cowboy. Ghal trasport u aktar dettalji cemplu lil Brandon - 99016871 Kulhadd Mistieden!!!

Programm Muzikali

Fl-okkazjoni tal-Festa ta' San Nikola tax-Xitwa il-Banda Snn Nikola  bhal kull sena se tesegwixxi siltiet muzikali taht id-direzzjoni tal-Mro. Raymond Zammit fi Pjazza San Nikola, Siggiewi. Dan il-Programm ser jibda wara li tispicca il-Quddiesa solenni fil-knisja arcipretali li tibda fis-6.30p.m  u ser tkun mmexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof t'Ghawdex.

Oratorio

Il-Kazin Banda San Nikola qed jhabbar id-data tal-Ftuh tac-celebrazzjonijiet tal-125 Sena Anniversarju li se tahbat nhar il-Hadd 2 ta' Dicembru, 2007.

Din il-gurnata se tibqa mfakkra billi il-Kazin Banda San Nikola se jtella' Oratorio bl-isem "Jien Nikola Protettur Taghkom" fil-Knisja Arcipretali tas-Siggiewi.

Kullhadd huwa mistieden ghal din attivita unika gewwa s-Siggiewi filwaqt li l-Kumitat qed javza biex kullhadd jkun f'postu fis-7.15pm.

Dhul b'xejn izda donazzjonijiet huma milqugha.

Grazzi

Aktar informazzjoni http://www.freewebs.com/bandasannikola/125senaanniversarju.htm 

Quddiesa Ta' Ringrazzjament

Nhar is-Sibt 24 ta' Novembru, 2007 fis- 6.30 p.m. is-Sezzjoni Zghazagh se torganizza quddiesa ta' ringrazzjament ta' l-'10 Snin Hidma fi hdan il-Kazin' fil-Knisja Arcipretali tas-Siggiewi. Dawk il-membri tas-socjeta u z-zghazagh kollha li kienu jghamlu parti minn  xi sezzjoni precedenti huma gentilment jattendu ghal din il-quddiesa. Wara din il-quddiesa se tinfetah il-wirja '125 Sena ta' Storja' fis-Sala tal-kazin fejn ex-membri u membri prezenti se jiltaqaw waqt bibita. 

Ghal daqstant is-Sezzjoni Zghazagh tixtieq tistieden lis-Siggiewin kollha biex jattendu u tirringrazzja lil dawk kollha , zghazagh u kbar, li taw sehem biex dawn l-10 Snin jkunu ta' success.

Grazzi

Wirja 125 Sena ta' Storja

Is-Sezzjoni Zghazagh Kazin Banda San Nikola qed itella' wirja fis-sala tal-kazin fl-okkazjoni tac-celebrazzjonijiet tal-125 sena anniversarju.

Create a free website at Webs.com