Programm ta' l-Attivitajiet
mill-Kazin Banda San Nikola
*Il-Gimgha, 19 ta' Gunju 2009 mis-7.30 p.m. Serata Siggiwija organizzata
mis-Sezzjoni Zghazagh - Ikel varjat, xorb u Divertiment.
Talent lokali u mistiedna specjali Augusto Cardinale u Fabrizio Faniello
*Il-Hadd 21 ta' Gunju 2009 - Hrug tal-Vara ta' San Nikola min-nicca
Membri tal-Kazin jakkumpanjaw l-istatwa fil-knisja. Wara, quddiem
il-Kazin tkun organizzata il-fiera mill-membri tal-Ghaqda Dilettanti
tan-Nar San Nikola, filwaqt li se jkun hemm ikel varjat mill-mejda
mill-membri tal-Kazin Banda San Nikola
*L-Erbgha, 24 ta' Gunju 2009 - Marc mill-Banda Stella Maris,
Sliema (Banda Mistiedna) fit-toroq tas-Siggiewi
Biex tkun taf ir-rotta tal-Marc aghfas hawn
*Il-Hamis, 25 ta' Gunju 2009 - Marc u Programm Muzikali fuq
il-Plancier artistiku tal-ghaqda fid-9.00pm fi Pjazza San Nikola
taht id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Nicholas Vella.
Ghal-Programm dettaljat aghfas hawn
*Il-Gimgha, 26 ta' Gunju 2009 - Marc mill-Banda San Nikola fit-toroq
tas-Siggiewi. Lejn l-ahhar tal-Marc ser issir prezentazzjoni animata
fuq skrin. Ser isir sinkronizzar ta' 'Fire Flames' mal-muzika minn Fire
One Pyrotechnics u nar sinkronizzat minn fuq il-bejt tal-kazin.
Ser tigi inawgurata bandiera gdida moghtija minn ammiratur tal-Kazin
fl-ahhar tal-Marc biex jibqa mfakkar l-anniversarju tal-125 sena Anniversarju.
Biex tara ir-rotta tal-Marc aghfas hawn
*Is-Sibt, 27 ta' Gunju 2009 - Marc bl-esebizzjoni ta' l-Istendardi u
Bandalori tal-Kazin jibda minn hdejn l-istatwa tal-Madonna ta' Lourdes,
Triq Santa Margerita u wara Programm Muzikali fuq il-Plancier
artisitku tal-ghaqda fid-9.00pm fi Pjazza San Nikola taht id-Direzzjoni
tas-Surmast Direttur Nicholas Vella
Ghal-Programm dettaljat aghfas hawn
*Il-Hadd, 28 ta' Gunju, 2009 - Nhar il-Festa, il-Marc tradizzjonali ta' Filghodu
li jibda fil-11.00 am fit-toroq tas-Siggiewi u jilhaq il-qofol tieghu
fil-Pjazza San Nikola fis-2.00pm.
Biex tara ir-rotta ta' dan il-Marc aghfas hawn
Kulhadd huwa mheggeg li jattendi ghall-attivitajiet
kollha li jtella' il-Kazin Banda San Nikola u l-Kumitat jappella
biex minn fejn jghaddu l-Marci r-residenti jiehdu hsieb
li ma jhallux karozzi.
Viva San Nikola
Create a free website at Webs.com