Din is-sena is-Sezzjoni Zghazagh, Kazin Banda San Nikola qedghha ticcelebra l-10 sena mit-twaqqif ufficjali taghha. Diversi attivitajiet imlew il-Kalendarju taghna din is-sena fosthom il-ftuh tac-celebrazzjonijiet b'Wirja ta' l-10 Snin segwita b'riceviment li fih sar l-inawgurazzjoni ta' l-emblema tas-Sezzjoni.
L-Emblema tas-Sezzjoni Zghazagh Kazin Banda San Nikola A.D. 1997 (Disinn Brian Borg)

Il-Logo tal-10 Snin tas-Sezzjoni Zghazagh Kazin Banda San Nikola A.D. 1997 (Disinn David Vassallo)

10 Snin Sezzjoni Zghazagh
Keith Desira – President Sezzjoni Zghazagh A.D. 1997
Is-sena 1997 hija ferm importanti ghas-Sezzjoni Zghazagh. Dan ghaliex f’din is-sena bdiet tiffunzjoni ufficjalment l-istess sezzjoni fi hdan il-Kazin Banda San Nikola. L-annu 1997 kien il-bidu ta’ l-10 snin konsekuttivi. Nixtieq nfakkar ukoll li qabel l-1997 kien hemm zewg sezzjonijiet ohra li ghal xi raguni jew ohra dawn kienu waqfu. Barra
Kif Bdejna
X’Wettaqna
L-attrazzjonijiet li hdimna fuqhom kienu varji u l-iktar li kienu jispikkaw flimkien ma progetti ohra li s-sezzjoni kienu hadet f’ideja. Dan li gej juri ftit mill-hidma fejn jidhlu attrazzjonijiet u progetti li twettqu matul is-snin ghalkemm ma nistax nsemmi kollox u kull attivita li tellajna:
1997 – 1998 - Gie mahtur President s-Sur Noel Agius. Saret l-umbrella l-kbira u zdiedu zewg bnadar kbar ohra. Sar l-ewwel gear bi prova ghal membri tas-sezzjoni. Is-Sezzjoni hadet f’ideja l-organizzazjoni tal-briju tal-marc ta’ filghodu.
1998 - 1999 – Saret bandiera tal-pittura bl-arma tal-Kazin u nxtraw zewg umbrellel zghar ghal bandisti ghal-marc ta’ filghodu. Sar it-tieni gear li hareg ghal-bejgh ghal-partitarji.
1999 – 2000 – Inhatar President gdid, s-Sur Keith Desira. Saret l-Imrewha bil-Pittura tat-Titular ta’ San Nikola, sar frame tal-bziezaq bil-kliem Banda San Nikola 2000, zdiedu l-umbrellel ghall-bandisti u nkera kanun li jispara l-kartighal waqt il-marc ta’ filghodu.
2000 – 2001 – Saret l-arma tal-Kazin maghrufha bhala il-mitra bil-fjuri tal-karti mahdumha kollha mis-Sezzjoni u hbieb. Gew mahruga ghal bejgh ghal-ewwel darba faldrappi (pavaljuni tal-galleriji) b’ritratt tat-Titular ta’ San Nikola.
2001 – 2002 – Iccelebrajna il-5 Snin Sezzjoni Zghazagh. Sar frame tal-bziezaq li jfakkar dan fil-Festa bl-arma tal-Kazin u sar banner tal-5 snin mpitter bl-idejn. Sar it-tielet gear biex jitfakkru l-hames snin. Saret estenzjoni fuq l-Imrewha billi tkabbret u sar id-disinn ta’ barra.
2002 – 2003 – Is-sezzjoni kienet responsabbli mill-progett tar-Restawr tal-Faccata tal-Kazin. Sar il-Beach Party f’Ghar Lapsi. Inbeda x-xoghol fuq it-Tizjin tal-Faccata tal-kazin ta’ zmien il-Gimgha Mqaddsa. Sar Frame tal-Bziezaq li jfakkar il-120 sena tal-Kazin Banda San Nikola. Sar manutenzjoni fil-mahzen. Saret quddiesa fuq l-inizjattiva tas-sezzjoni ma’ ghaqdiet ohra fi zmien il-Milied.
2003 – 2004 –Saret l-ewwel serata organizzata mis-Sezzjoni gimgha qabel il-festa. Saret is-CD b’marci kantati, iz-Zghazagh tal-Patrun Vol. 1, saret il-website ufficjali tal-Kazin, sar The Unique Lapsi Party. Tqaxxir u restawr tal-parti t’isfel tal-faccata tal-kazin mill-membri tas-sezzjoni u partitarji ohra. Izzanzan it-tizjin artistiku tal-Faccata tal-Kazin. Ittellat l-ewwel kummiedja fi hdan il-Kazin , Dik L-Imbierka Kunjata. Tkompla x-xoghol fuq it-tizjin tal-Faccata tal-kazin ta’ zmien il-Gimgha Mqaddsa.
2004 – 2005 – Inhatar sotto kumitat fi hdan is-sezzjoni minhabba d-domanda biex aktar zghazagh jissiehbu maghna. Saret il-Wirja tal-Gimgha Kbira fis-sala tal-kazin ghall-ewwel darba u zzanzan il-pavaljun tal-Gimgha Kbira mal-gallerija. Ittellat it-tieni kummiedja Kikku u Baskal Ghal Lira Bla Tbatija. Izzanznu sett t’ erba umbrellel bil-Pittura biex jaghmlu kenn ghal bandisti fil-Marc ta’ Filghodu. Sar the Unique Lapsi Party 2. Saret is-Serata / Pasta Night gimgha qabel il-festa bis-sehem ta’ Triston B..
2005 – 2006 – Fakkarna il-25 Sena Marc ta’ Filghodu. Inhatar sotto kumitat 05/06. Saret il-Wirja tal-Gimgha Kbira u zdied it-tizjin mal-faccata u platti tar-Ross ghall-ewwel darba. Sar The Unique Lapsi Party 03 u tombli fis-sajf, saret il-Car Show fil-Pjazza tas-Siggiewi. Saret sparatura fuq il-plattini. Saret il-Wirja ta’ Tezori relatata mal-Kazin u San Nikola. Saret is-Serata/ Pizza Night gimgha qabel il-festa. Gew migbura il-flus ghal- zewg krucetti ta’ l-istendardi
2006 – 2007 – Inhatar sotto kumitat 06/07. Sar l-ewwel darba fil-bar tal-kazin presepju kbir
Evolvejna
Ma nistax nsemmi kollox peress li l-ispazju hu limitat, imma ma nistax ma nsemmiex u nirringrazzja lil dawk il-membri u ammiraturi flimkien mal-isponsors li tul dawn is-snin offrewlna l-ghajnuna finanzjarja kif ukoll lil dawk li offrewlna affarijiet ohra fosthom xi marci li rregaljnijom lil-Kazin f’isem is-Sezzjoni. Nixtieq nirringrazzja lill-President in-nutar Philip Said flimkien mal-Kumitat li dejjem appogjawna fil-hidma taghna.
Kif qedghin taraw dawn l-10 snin kienu mpenjattivi hafna u evolvew maz-zmien fejn immaturajna wkoll f’dik li hija organizzazzjoni. Dan jien nista’ nixhdu bis-shih peress li nista nghid li jien u s-sezzjoni twelidna u trabbejna flimkien f’dawn l-10 snin u rajt l-andament kollu jsehh u nkun parti minnu wkoll. Hawnhekk ix-xewqa tieghi u appell fl-istess hin tmur lil dawk ta’ warajna biex jaghmlu kuragg u jkomplu fuq il-hidma li twettqett f’dawn l-10 Snin biex b’hekk nkomplu naghmlu hoss gewwa s-Siggiewi fl-istess waqt ma nitilfux dak li ksibna u nkomplu naghmlu unur lil Kazin Banda San Nikola f’gieh il-Patrun mahbub taghna San Nikola.
Viva z-Zghazagh tal-Patrun
Dan il-Feature jikkonsisti f'avvenimenti li s-Sezzjoni Zghazagh Kazin Banda San Nikola ghaddiet minnu tul dawn l-ahhar 10 snin. Dan il-feature intwera fuq skrin li ntrama apposta fl-ahhar tridu quddiem il-kazin waqt il-marc. Ezatt wara sar sinkronizzar tan-nar mal-muzika ta' l-istess feature minn fuq il-kazin.
Hajr lil Nicholas Spiteri (Fire1), Roland Saliba (Visage Sound Ltd) u lil Keith Abela ta' l-ghajnuna siewja taghhom biex l-10 sena tas-sezzjoni zghazagh tkun mfakkra b'dan il-mod.
L-attendenza tan-nies kienet ta' nkoraggiment qawwi peress li l-pjazza Sa Nikola ma tantx tara dik il-kwantita ta' nies fil-marc ta' l-ahhar tridu. Nistaw nghidu li bl-ghajnuna ta' hafna irnexxielna.
Grazzi